DOC

COMMISSION REGULATION EC No 73894 of 30 March 1994 laying down

By Alvin Martin,2014-04-16 08:28
9 views 0
O ypografon pistopoio oti oi plirofories poy anagrafontai stin paroysa aitisi f'Anness II A (g?al importazzjoni) u Anness II B (g?al esportazzjoni).

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 738/94 tat-30 ta’ Marzu 1994 li jagħmel ċerti regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/94 li jistabbilixxi

    proċedura tal-Komunità ħalli jkunu amministrati kwoti kwantitattivi. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità ħalli jkunu amministrati kwoti kwantitattivi (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 24 tiegħu, Billi regoli ġenerali għandhom isiru biex ikun applikat ir-Regolament (KE) Nru 520/94 għal kull kwota kwantitattiva tal-Komunità, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl’Artikolu 1 (2) tiegħu;

    Billi l-amministrazzjoni ta’ kwoti kwantitattivi hija bbażata fuq sistema ta’ liċenzji maħruġa mill-Istati Membri; billi huwa għalhekk meħtieġ li jkunu addottati regoli komuni li jikkonċernaw il-formalitajiet biex isiru applikazzjonijiet għal liċenzji kif ukoll l-użu ta’ liċenzji; Billi għal dak il-għan l-informazzjoni li titniżżel fl-applikazzjonijiet għal liċenzji u l-kundizzjonijiet biex ikunu aċċettati applikazzjonijiet iridu jkunu stabbiliti uniformalment;

    Billi, biex ikun assigurat li l-liċenzji ta’ importazzjoni jew esportazzjoni jistgħu jintużaw mal-Komunità, huwa meħtieġ li tkun introdotta liċenzja tal-Komunità u forma komuni għal-liċenzji li, biex ikunu simplifikati l-affarijiet, għandhom jitolbu biss li jitniżżlu dawk id-dettalji li huma strettament meħtieġa biex ikunu amministrati l-kwoti;

    Billi biex tkun assigurata ħidma bla xkiel ta’ transazzjonijiet tal-kummerċ koperti minn liċenzji, ċerti

    regoli prattiċi għandhom jiġu mfassla, li jikkonċernaw per eżempju d-data li trid titqies biex ikun mibdul il-valur tal-prodotti f’ecus li jrid jidher fuq il-liċenzja, u l-proċeduri li jridu jkunu segwiti għal

    kisba ta’ liċenzji ta’ estratti jew ta’ tibdil;

    Billi l-użu ta’ mezz mgħaġġel għal skambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri

    għandu jiġi mfassal;

    Billi provvediment irid ukoll isir ħalli tkun assigurata osservanza tar-Regolament (KE) Nru 520/94, b’mod partikulari rigward stqarrijiet foloz f’applikazzjonijiet tal-liċenzja jew ksur ta’ l-obbligu biex tintbagħat lura l-liċenzja;

    Billi, iżda, biex ikunu evitati diffikultajiet amministrattivi jew tekniċi serji għall-awtoritajiet amministrattivi f’ċerti Stati Membri, dawn ta’ l-aħħar huma awtorizzati, bħala eċċezzjoni, għal żmien

    tranżitorju li jispiċċa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1995, li jużaw forom bħal dawk tagħhom

    kif ikunu jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għal ħruġ ta’ liċenzji ta’

    importazzjoni, soġġetti għal ċerti provvedimenti, b’mod partikulari li l-applikant għal-liċenzja ta’ importazzjoni jindika, meta jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu, li huwa jixtieq juża l-liċenzja fl-Istat Membru li jkun qed japplika fih;

    Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl’Artikolu 22 ta’ Regolament (KE) Nru 520/94 biex ikunu amministrati l-kwoti, ADDOTTAT DAN IR-

    REGOLAMENT:

    TITOLU I

    REGOLI ĠENERALI L-Artikolu 1

Dan ir-Regolament jagħmel regoli ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ Regolament (KE) Nru 520/94,

    minn hawn ‘il quddiem imsemmi bħala ir-‘Regolament bażiku’, mingħajr preġudizzju għal kull arranġament speċifiku li tista’ tagħmel il-Kummissjoni li jkun isegwi l-proċedura provduta fl’Artikolu 23 tar-Regolament bażiku.

    Awtoritajiet kompetenti

    L-Artikolu 2

    L-awtoritajiet amministrattivi kompetenti msemmija f’Artikolu 2 (7) tar-Regolament bażiku huma elenkati f’Anness I. Fl-interess biex l-imsemmi Anness jinżamm aġġornat, l-Istati Membri għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull tibdil li jkun jeffettwa t-tagħrif li jkun fih. Applikazzjonijiet għal-liċenzji

    L-Artikolu 3

    1. Applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ importazzjoni jew esportazzjoni, bil-miktub, jintbagħtu jew isiru ma’ l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti elenkati f’Anness I.

    Applikazzjonijiet jistgħu jitwasslu lill-awtoritajiet bil-fax, telex jew kull mezz ieħor ta’ trasferiment

    ta’ l-informazzjoni bil-kompjuter. F’dan il-każ huma jkunu kkonfermati mhux aktar tard minn tliet

    ġranet tax-xogħol wara d-data tal-għeluq sa meta għandhom jaslu l-applikazzjonijiet billi tintbagħat

    jew titwassal direttament lill-awtoritajiet kompetenti applikazzjoni bil-miktub; id-data tal-fax, telex jew trasferiment ta’ informazzjoni trid, iżda, titqies bħala d-data ta’ sottomissjoni. 2. Ħlief fejn provvedimenti oħra huma addottati skond il-proċedura mniżżla fl’Artikolu 23 tar-Regolament bażiku, l-applikazzjoni tal-liċenzja għandha turi biss:

    (a) l-isem ta’ l-applikant u l-indirizz sħiħ (fosthom in-numru tat-telefon u l-fax, u kull numru ta’ identifikazzjoni reġistrat ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti), u n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT jekk ikun xi ħadd li jħallas il-VAT;

    (b) il-perjodu li miegħu l-kwota tkun relatata;

    (c) jekk meħtieġ, l-isem u l-indirizz sħiħ ta’ min qed jiddikjara, jew fejn hu xieraq, dak tar-rappreżentant ta’ l-applikant (fosthom numru tat-telefon u l-fax);

    (d) deskrizzjoni tal-prodotti, li tagħti:

    - deskrizzjoni kummerċjali,

    - kodiċi ta’ nomenklatura magħquda (NM) u kull dettall addizzjonali meħtieġ għall-amministrazzjoni tal-kwota (per eżempju l-kodiċi Taric),

    - fil-każ ta’ applikazzjonijiet ta’ liċenzja għall-importazzjoni, dettalji ta’ oriġini u post ta’ konsenja, - fil-każ ta’ applikazzjoni ta’ liċenzja għall-esportazzjoni, dettalji ta’ pajjiżi terzi li minnhom il-prodotti jkunu se jgħaddu u l-pajjiż tad-destinazzjoni finali;

    (e) il-kwantità jew ammont li għalihom qed issir applikazzjoni, imfissra fl-unitajiet użati biex kienet iffissata l-kwota;

    (f) kull tagħrif ieħor stipulat fin-notifika li tħabbar il-ftuħ tal-kwota ippubblikata skond l-Artikolu 3

    tar-Regolament bażiku;

(g) stqarrija mill-applikant li l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni hija korretta, li l-applikant

    huwa stabbilit fil-Komunità Ewropea, li l-applikazzjoni hija l-unika waħda li saret għall-kwota

    msemmija, u li l-applikant jintrabat li jibgħat lura l-liċenzja jekk ma tintużax sħiħa, bi kliem kif ġej:

    ‘Jien, hawn taħt iffirmat, niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din l-applikazzjoni hija korretta u hi

    mogħtija b’intenzjoni tajba, li jien stabbilit fil-Komunità Ewropea, u li din l-applikazzjoni hija l-unika waħda magħmula minni jew f’ismi għall-kwota marbuta mal-prodotti deskritti fl-applikazzjoni. Jien nintrabat li nibgħat lura l-liċenzja lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġitha fi żmien 10 ijiem mill-

    għeluq tagħha fil-każ li kollha kemm hi jew parti minha ma tintużax.’

    ‘I, the undersigned, declare that the information given in this application is correct and is given in

    this application is correct and is given in good faith, that I am established in the European Union,

    and that this application is the only one made by me or on my behalf for the quota relating to the

    goods described in the application.

    I undertake to return the licence to the competent issuing authority within 10 days of its expiry in the

    event that all or part of it is not used.’

    ? El abajo firmante certifica que los datos incluidos en la presente solicitud son exactos y han sido

    declarados de buena fe, que está establecido en la Comunidad Europea, que la presente solicitud

    constituye la única solicitud presentada por él o en su nombre y relativa al contingente aplicable a

    las mercancías descritas en esta solicitud.

    El abajo firmante se compromete, en caso de no utilización total o parcial de la licencia, a restituir

    esta última a la autoridad competente de expedición a más tardar dentro de los diez días laborables

    siguientes a su fecha de expiración. ?

    ?Undertegnede bekraefter hermed, at oplysningerne i denne ansoegning er korrekte og afgivet i god

    tro, at jeg er etableret i Det Europaeiske Faellesskab, og at denne ansoegning er den eneste, der er

    indgivet af mig eller i mit navn vedroerende kontingentet for de i denne ansoegning beskrevne varer.

    Saafremt tilladelsen er helt eller delvis ubenyttet, forpligter jeg mig til at returnere den til den

    kompetente myndighed, der har udstedt den, senest ti arbejdsdage efter udloebsdatoen.?

    "Ich, der Unterzeichnete, bescheinige hiermit, dass die Angaben in diesem Antrag richtig sind und in

    gutem Glauben gemacht wurden, dass ich in der Europaeischen Gemeinschaft ansaessig bin, dass es

    sich bei diesem Antrag um den einzigen Antrag handelt, der von mir oder in meinem Namen in bezug

    auf das Kontingent fuer die in diesem Antrag beschriebenen Waren abgegeben wurde.

    Fuer den Fall, dass die Genehmigung ganz oder teilweise nicht genutzt wird, verpflichte ich mich,

    diese Genehmigung der zustaendigen ausstellenden Behoerde spaetestens binnen zehn Arbeitstagen

    nach Ablauf der Genehmigung zurueckzugeben."

    "O ypografon pistopoio oti oi plirofories poy anagrafontai stin paroysa aitisi einai akriveis kai

    katachorizontai kali ti pistei, oti eimai egkatestimenos stin Evropaiki Koinotita, oti i paroysa aitisi

    apotelei ti monadiki aitisi poy echo ypovalei i echei ypovlithei ep' onomati moy oson afora tin

    posostosi, i opoia efarmozetai gia ta emporevmata poy perigrafontai stin paroysa aitisi.

    Analamvano tin ypochreosi, se periptosi poy den chrisimopoiiso tin adeia katholoy i en merei, na tin

    epistrepso stin armodia ekdoysa archi to argotero entos deka ergasimon imeron meta tin imerominia

    lixis tis."

    ? Je soussigné certifie que les renseignements portés sur la présente demande sont exacts et établis de

    bonne foi, que je suis établi dans la Communauté européenne, que la présente demande constitue

    l’unique demande déposée par moi ou en mon nom et relative au contingent applicable aux marchandises décrites dans cette demande.

    Je m’engage, en cas de non utilisation totale ou partielle de la licence, à restituer cette dernière à

    l’autorité compétente de délivrance au plus tard dans les dix jours ouvrables suivant sa date

    d’expiration. ?

    ? Io sottoscritto certifico che le informazioni figuranti sulla presente domanda sono esatte e fornite in

    buona fede, che sono stabilito nella Comunità europea, che la presente domanda è l’unica presentata

    de me o a mio nome relativamente al contingente applicabile alle merci descritte nella presenta

    domanda.

    Mi impegno, in caso di non utilizzazione totale o parziale della licenza, a restituire quest’ultima

    all’autorità competente per il rilascio entre dieci giorni lavorativi successivi alla data di scadenza. ? "Ik ondergetekende verklaar dat de in deze aanvraag voorkomene gegevens juist zijn en te goeder

    trouw worden verstrekt, dat ik in de Gemeenschap gevestigd ben en dat deze aanvraag de enige door

    of namens mij ingediende aanvraag is m.b.t. het contingent dat op de in de aanvraag omschreven

    goederen van toepassing is.

    Ik verbind mij ertoe, indien de vergunning geheel of ten dele ongebruikt blijft, deze binnen de 10

    werkdagen na de uiterste datum van haar geldighedisduur bij de bevoegde instanties van afgifte in te

    leveren."

    ? Eu, abaixo assinado, certifico que as informações transmitidas no presente pedido sao exactas e

    estabelecidas de boa fé, que estou estabelecido na Comunidade Europeia, que o presente pedido

    constitui o único pedido por mim apresentado ou em meu nome relativo ao contingente aplicável às

    mercadorias descritas nesse pedido.

    Comprometo-me, em caso de nao utilizaçao total ou parcial da licença, a restitui-la à autoridade

    responsável pela sua emissao o mais tardar dez dias úteis após a sua data de caducidade. ?,

    segwiti bid-data u l-firma ta’ l-applikant u l-isem stampat b’ittri kbar. 3. Applikazzjonijiet ta’ l-importazzjoni jew esportazzjoni li ma jkollhomx l-informazzjoni kollha

    msemmija f’paragrafu 2 ma jkunux aċċettati.

    4. Applikazzjonijiet għal liċenzja ddikjarati korretti taħt paragrafu 2 (g) imma li jkollhom ineżattezzi

    jistgħu jkunu kkoreġuti sad-data tal-għeluq għal applikazzjonijiet imniżżla fin-notifika li tħabbar il-

    ftuħ tal-kwota.

    Irtirar ta’ applikazzjonijiet għal liċenzja

    L-Artikolu 4

    Hekk kif ikollhom l-informazzjoni, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ applikazzjonijiet għal liċenzja li kienu rtirati, jiddikjaraw il-kwantitajiet li għalihom saru l-

    applikazzjonijiet u, fil-każ ta’ applikazzjonijiet ibbażati fuq l-andament ta’ kummerċ tradizzjonali, il-

    volum jew valuri murija fid-dokumenti mehmuża ma’ l-applikazzjonijiet relevanti, imniżżla f’ unitajiet tal-kwota.

    Provvedimenti speċjali rigward ċerti metodi ta’ allokazzjoni

    L-Artikolu 5

Meta l-metodu ta’ allokazzjoni huwa bbażat fuq ordni kronoloġiku ta’ l-applikazzjoni, l-Istati Membri

    għandhom jiċċekkjaw il-bilanċ disponibbli tal-kwota tal-Komunità ma’ l-applikazzjonijiet għal liċenzja fl-ordni li fih kienu sottomessi.

    Formoli komuni

    L-Artikolu 6

    1. Liċenzji u estratti ta’ dawn isiru mill-awtoritajiet kompetenti fuq formoli li jkunu jaqblu mal-

    kampjuni mniżżla f’Anness II A (għal importazzjoni) u Anness II B (għal esportazzjoni). 2. Formoli ta’ liċenzji u estratti ta’ dawn għandhom isiru dupplikati, kopja minnhom, immarkata

    ‘Kopja ta’ l-applikant’ u li jkollha n-numru 1, li tingħata lill-applikant, u l-oħra, immarkata ‘Kopja għall-awtorità li qed toħroġ il-liċenzja’ u li jkollha n-numru 2, jinżammu mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja.

    3. Il-formoli għandhom jiġu stampati fuq karta bajda ħielsa minn polpa mekkanika, imħejjija għall-kitba u li tkun tiżen bejn 55 u 65 gramma kull metru kwadru. Il-qies tagħhom għandu jkun 210 × 297

    mm; l-ispazju bejn il-linji jkun 4,24 mm (wieħed minn sitta ta’ pulzier); l-ippjanar tal-kitba tal-formoli jkun segwit bil-preċiż. -żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hija l-liċenzja nnifisha, ikollha wkoll stampat sfond b’disinn tal-guilloche biex tkun tista’ tinqabad kull falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kemikali. L-isfond tal-guilloche ikun aħmar għal formoli marbuta mal-importazzjoni u ikħal ċar għal

    formoli marbuta mal-esportazzjoni.

    4. L-Istati Membri jkunu responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu jkunu stampati wkoll minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru li fih ikunu stabbiliti. Fil-każ ta’ l-aħħar, riferenza għall-ħatra mill-Istat Membru trid tidher fuq kull formola. Kull formola jkollha indikazzjoni ta’ l-isem u l-indirizz ta’ l-istampatur jew marka li biha l-istampatur ikun identifikat.

    Fiż-żmien ta’ meta joħorġu l-liċenzji jew estratti jingħataw numru tal-ħruġ allokat mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti.

    5. Liċenzji u estratti jimtlew bil-lingwa uffiċjali, jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali, ta’ l-Istat Membru li jkun ħariġhom.

    6. Il-marki ta’ l-aġenziji li joħorġuhom u ta’ l-awtoritajiet tad-debitu jkunu mmarkati permezz ta’

    timbru. Iżda, stampar imbuzzat flimkien ma’ ittri u figuri miksuba permezz ta’ perforazzjoni, jew

    stampar fuq il-liċenzja jistgħu jinbidlu bit-timbru ta’ l-aġenzija li toħroġ il-liċenzji. L-aġenziji li joħorġu l-liċenzji għandhom jużaw metodu li ma jkunx jista’ jitbagħbas biex iniżżlu l-kwantità allokata b’mod li jkun possibbli li jiddaħħlu figuri jew riferenzi (per eżempju ECU*1,000***). 7. In-naħa ta’ wara ta’ kopja Nru 1 u kopja Nru 2 għandhom ikollhom kaxxa li fiha jistgħu jitniżżlu

    kwantitajiet, jew mill-awtoritajiet tad-dwana fejn isiru formalitajiet ta’ l-importazzjoni jew esportazzjoni, jew mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta jinħareġ estratt. Jekk l-ispazju mħolli għal debiti fuq il-liċenzja jew estratt ta’ din ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jehmżu waħda jew aktar paġni ta’ estensjoni b’kaxxi li jaqblu ma’ dawk fuq in-naħa ta’ wara ta’ kopja Nru 1 u kopja Nru 2 tal-liċenzja jew estratt. L-awtoritajiet tad-debitu jqiegħdu t-timbru b’mod li nofs ikun fuq il-liċenzja jew estratt ta’ din u n-nofs l-ieħor ikun fuq il-paġna ta’ estensjoni. Jekk ikun hemm aktar minn paġna waħda ta’ estensjoni, timbru ieħor isir bl-istess mod fuq kull paġna u l-paġna ta’ qabilha.

    8. Liċenzji u estratti maħruġa, u t-tagħrif imdaħħal u l-approvazzjonijiet li jkunu saru, mill-

    awtoritajiet ta’ Stat Membru wieħed ikollhom l-istess effett legali f’kull wieħed mill-Istati Membri

    bħala dokumenti maħruġa, u tagħrif imdaħħal u approvazzjoni li jkunu saru, mill-awtoritajiet ta’ Stati Membri bħal dawn.

    9. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati jistgħu, fejn meħtieġ, jitolbu l-kontenut ta’ liċenzji jew estratti biex ikunu tradotti fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi ta’ dak l-Istat Membru.

    Estratti

    L-Artikolu 7

    1. Mal-preżentazzjoni ta’ kopja Nru 1 tal-liċenzja l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu, b’talba ta’ min ikollu l-liċenzja, joħorġu estratt wieħed jew aktar ta’ l-imsemmija liċenzja. L-awtoritajiet kompetenti li joħorġu l-estratt iniżżlu fil-kopji Nri 1 u 2 tal-liċenzja l-kwantità/valur li għalihom ikun inħareġ l-estratt, billi jżidu l-kelma ‘estratt’ minbarra l-kwantità/valur murija. Jekk il-

    ħruġ ta’ estratt wieħed jew aktar jeżawrixxi l-liċenzja, l-awtoritajiet kompetenti jżommu kopja Nru 1

    tal-liċenzja.

    2. Ebda estratt ieħor ma jista’ jsir minn estratt ta’ liċenzja, mingħajr preġudizzju għall-provvedimenti mniżżla fl’Artikolu 10. Użu ta’ liċenzji jew estratti

    L-Artikolu 8

    1. Kopja Nru 1 tal-liċenzja jew estratt ta’ din tkun ippreżentata lill-uffiċċju tad-dwana li jaċċetta: - id-dikjarazzjoni għal ċirkolazzjoni libera, fil-każ ta’ prodotti soġġetti għal kwota ta’ importazzjoni, - id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, fil-każ ta’ prodotti soġġetti għal kwota ta’ esportazzjoni. 2. Kopja Nru 1 tal-liċenzja jew estratt ta’ din tinżamm fid-disposizzjoni ta’ l-uffiċċju tad-dwana ma’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni msemmija f’paragrafu 1.

    3. Wara li jkun approvat id-debitu mill-amministrazzjoni tad-dwana msemmi f’paragrafu 1, kopja Nru

    1 tal-liċenzja jew estratt ta’ din jingħata lura lill-parti konċernata.

    Valuri f’ecus

    L-Artikolu 9

    Il-valuri murija fuq il-liċenzji għandhom ikunu f’ecus. Huma jinkisbu billi jkun konvertit il-valur ta’ l-oġġetti f’ecus bit-rata tal-kambju li tkun applikabbli fid-data ta’ meta tkun sottomessa l-applikazzjoni għal liċenzja.

    Telf ta’ liċenzji

    L-Artikolu 10

    1. Jekk liċenzja jew estratt jintilfu, l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti, wara talba minn dak li

    jkollu l-liċenzja, joħorġu liċenzja jew estratt ieħor minflok. Fit-talba għal kopja oħra jkun għandu

    hemm stqarrija li biha min kellu l-liċenzja jiċċertifika li tilef il-liċenzja jew estratt, u jintrabat li ma jużahomx mill-ġdid f’każ li jinstabu.

    2. Il-liċenzja jew estratt li jinħarġu minflok għandu ikollhom l-informazzjoni u d-dettalji li kienu fid-

    dokument li huma nħarġu minfloku. Għandhom jinħarġu għal kwantità/valur ta’ oġġetti li huma ugwali għal kwantità/valur muri fid-dokument mitluf. L-applikant irid jispeċifika dik il-kwantità/valur

bil-miktub. Fejn l-informazzjoni li jkollhom l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti turi li l-

    kwantità/valur indikati mill-applikant jkunu għolja ħafna, dawn għandhom jitnaqqsu kif ikun meħtieġ. Waħda minn dawn l-istqarrijiet ta’ approvazzjoni tidher fuq il-liċenzja jew estratt maħruġa minflok:- Licencia (o extracto) de sustitución de una licencia (o extracto) perdida - número de la licencia

    inicial...

    - erstatningsbevilling (eller erstatningspartialbevilling) for bortkommet bevilling (eller

    partialbevilling). Oprindelige bevillings-(eller partialbevillings)-nr....

    - Ersatzgenehmigung (oder Ersatzteilgenehmigung) einer verlorenen Genehmigung (oder

    Teilgenehmigung) - Nr. der urspruenglichen Genehmigung...

    - Adeia (i apospasma) antikatastaseos tis apolestheisas adeias (i apostpasmatos) arith....

    - Replacement licence (extract) of a lost licence (extract). Number of original licence…N - Numru tal-liċenzja oriġinali.

    - licence (ou extrait) de remplacement d’une licence (ou extrait) perdue - numéro de la licence initiale...

    - licenza (o estratto) sostitutivi di una licenza (o estratto) smarriti - numero della licenza originale...

    - vergunning (of uittreksel) ter vervanging van een verloren gegane vergunning (of uittreksel) -

    nummer van de oorspronkelijke vergunning...

    - licença (ou extracto) de substituiçao de uma licença (ou extracto) extraviado (a) - número da licença

    inicial...

    Meta l-liċenzja jew estratt maħruġa minflok il-liċenzja jew estratt mitlufa jintilfu, ma jinħarġu ebda

    liċenzja jew estratt oħra minflok.

    3. Jekk il-liċenzja jew estratt mitlufa jinstabu, ma jistgħux jintużawx u jridu jingħataw lura lill-aġenzija li tkun ħarġithom.

    4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jagħtu lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-applikar ta’ dan l-Artikolu.

    5. L-Istati Membri għandhom f’intervalli ta’ kull tliet xhur jinfurmaw lill-Kummissjoni: (a) bil-għadd ta’ liċenzji jew estratti maħruġa minflok matul it-tliet xhur ta’ qabel; (b) bin-natura u kwantità/valur ta’ l-oġġetti konċernati u r-regolament li stabbilixxa l-kwota.

    Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri l-oħra bl-informazzjoni li tkun irċeviet. Skambju ta’ informazzjoni

    L-Artikolu 11

    1. Informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri bis-saħħa tar-Regolament bażiku tkun mqassma skond il-prodott, il-pajjiż ta’ oriġini u l-pajjiż terz tad-destinazzjoni. 2. Informazzjoni bħal din, u informazzjoni komunikata mill-Kummissjoni lill-Istati Membri bis-saħħa tal-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku, tkun mgħoddija elettronikament jew permezz ta’ mezz ieħor

    mgħaġġel u ta’ min jorbot fuqu, filwaqt li jitħarsu r-regoli ta’ kunfidenzjalità kif esiġiti fl’Artikolu 25 tar-Regolament bażiku.

    TITOLU II

    MIŻURI BIEX JINFURZAW IL-PROVVEDIMENTI TAR-REGOLAMENT BAŻIKU Stqarrijiet foloz L-Artikolu 12

    Jekk l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti jiskopru li applikazzjoni għal liċenzja jew talba għal

    waħda minflokha ċċerifikata b’konformità ma’l-Artikolu 10 (1) jkollha stqarrijiet foloz magħmula

    apposta jew permezz ta’ negliġenza serja, l-applikant konċernat ikun eskluż mill-awtoritajiet kompetenti mill-proċedura ta’ allokazzjoni miftuħa għall-perjodu ta’ kwota li jkun imiss u, jekk ikun

    jixraq, mill-perjodu kurrenti.

    Ksur ta’ l-obbligu li l-liċenzja tintradd lura

    L-Artikolu 13

    Il-provvedimenti li ġejjin japplikaw f’każijiet ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ l-obbligu li jkunu mrodda lura liċenzji mhux użati jew użati parzjalment kif imniżżel fl-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku: - meta l-ħruġ ta’ liċenzji ta’ importazzjoni jew esportazzjoni sar bil-kundizzjoni li jsir depożitu, id-depożitu jintilef u jitħallas lill-budget tal-Komunità fi proporzjon li jaqbel mal-kwantitajiet mhux

    impurtati jew mhux esportati,

    - jekk ma jkunx hemm depożitu x’jittieħed, kummerċjanti li jkunu naqsu milli joqogħdu ma’ l-obbligu msemmi hawn fuq ikunu esklużi mill-proċedura ta’ allokazzjoni miftuħa għall-perjodu ta’ kwota li jmiss rigward 10 % tal-kwantitajiet speċifikati fil-liċenzja għal kull ġurnata ta’ xogħol dewmien mid-data tal-għeluq biex tintradd lura l-liċenzja.

    TITOLU III

     PROVVEDIMENTI TRANŻITORJI U FINALI

    Provvedimenti tranżitorji

    L-Artikolu 14

    Għal żmien ta’ tranżizzjoni li jintemm mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1995: - meta japplikaw għal liċenzji ta’ importazzjoni, l-applikanti jridu jiddikjaraw, ma’ l-informazzjoni mniżżla fl’Artikolu 3 (2), jekk il-liċenzja li tkun se tinħareġ u kull estratt minnha jkunux sejrin jintużaw fl-Istati Membri li jkunu ħarġuhom, jew f’xi Stat Membru ieħor, - jekk l-applikant jiddikjara li l-liċenzja u kull estratt minnha jkunu se jintużaw biss fl-Istati Membri li fihom tkun saret l-applikazzjoni, allura l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta’ l-Istati Membri li jkunu ħarġuhom ikunu awtoritzzati li jużaw il-formoli nazzjonali tagħhom biex joħorġu l-liċenzja jew kull estratt minnha, minflok il-formoli msemmija fl’Artikolu 6; formoli bħal dawn ikunu kompluti

    billi jimtlew id-dettalji mogħtija f’kaxxi 1 sa 13 tal-kampjun ta’ liċenzja tal-Komunità mhurija f’Anness II A, u l-kontenut tas-soltu ta’ 14.

    L-Artikolu 15

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussels, 30 ta’ Marzu 1994. Għall-Kummissjoni

    Leon BRITTAN

    Membru tal-Kummissjoni

    (1) ĠU Nru L 66, 10. 3. 1994, p. 1.

PARARTIMA I ANEXO I - ANNEXE I - ANNEX 1 - ANNESS I - ANHANG I - ALLEGATO I - -

    ANEXO I - BIJLAGE I - BILAG I

    Lista de las autoridades nacionales competentes

    Liste des autorités nationales' compétentes

    List of the competent authorities

    Lista ta’ l-awtoritajiet kompententi

    Liste der zustaendigen Behoerden der Mitgliedstaaten

    Elenco delle competenti autorità nazionali Pinakas ton armodion ethnikon archon

    Lista das autoridades nacionais competentes

    Lijst van bevoegde nationale instanties

    Liste over kompetente nationale myndigheder

1. Belġju

    Ministère des affaires économiques/Ministerie van Economische Zaken

    Office central des contingents et licences/Centrale Dienst voor Contingenten en Vergunningen

    Rue J.A. De Motstraat 24-26

    B-1040 Bruxelles/Brussel

    Tel.: (32 2) 233 61 11

    Fax: (32 2) 230 83 22

2. Danimarka

    Erhvervsfremme Styrelsen

    Soendergade 25

    DK-8600 Silkeborg

    Tel.: (45 87) 20 40 60

    Fax: (45 87) 20 40 77

3. Ġermanja

    Bundesamt fuer Wirtschaft

    Frankfurterstrasse 29-31

    D-65760 Eschborn

    Tel.: (49 61 96) 404-0

    Fax: (49 61 96) 40 48 50

4. Greċja

    Ypoyrgeio Ethnikis Oikonomias

    Geniki Grammateia Diethnon Oikonomikon Scheseon

    Geniki Diefthynsi Exoterikon Oikonomikon

    kai Emporikon Scheseon

    D/nsi Diadikasion Exoterikoy Emporioy

    Mitropoleos 1

    GR-10557 Athina

    Tel: (301) 323 04 18, 322 84 93

    Fax: (301) 323 43 93

5. Spanja

    Ministerio de Comercio y Turismo

    Dirección General de Comercio Exterior

    Paseo de la Castellana no 162

    E-28071 Madrid

    Tel: (34 1) 349 38 17 - 349 37 48

Report this document

For any questions or suggestions please email
cust-service@docsford.com